Se Jgħamlu Iktar Bonuses f’Pokemon Go

Ħu iktar vantaġġ mil-Bonuses ta’ kuljum u ta’ kull gimgħa

Veru bdiet il-kesħa, xita, u riħ pero hekk kif jidher, din il-ġimgħa hu l-aqwa żmien biex tilgħab Pokemon Go. It-tim li għamlu din l-logħba vera popolari madwar id-dinja għadhom kif tefgħu post fil-blog tagħhom blogpost li mis-7 ta’ Novembru sal-11 ta’ Novembru se ssib iktar Pokémon fil-madwar u li PokéStops jiggarantixxu iktar affarijiet talli tilgħab kuljum u talli tkun lgħabt ġimgħa sħiħa.

Għandu mnejn jinkuraġixxi iktar Trainers biex jerġħu jilgħabu wara li riċcenti Niantic tilfett drastikament il-popolarita. Allura, jekk inti Pokemon Go Player naħseb dan hu l-aqwa żmien li taqbadhom kollha!

Pokémon Go