Fin-Nort ta’ L-Amerika (USA u Canada) se joħorġu għal bejgħ par ta’ mudelli 3DS ghal prezz ta’ $100, skond kif qalu f’avviż uffiċjali minn Nintendo. (Permezz tas-servizz li l-Maltapost forsi tkun tista tordhom permezz is-SendOn tagħhom!)

Dawn il-mudelli ġodda li huma edizzjoni Speċjali (li tista tagħżel bil-kulur abjad jew iswed) għandhom l-faċċati disinjati b’mod uniku u ibbażati fuq il-“Mushroom Kingdom”,  u li se jkunu jistgħu jinxtraw mil-25 ta’ Novembru .

Ara l-Għazla ta’ Kulur li qed joffru hawnhekk:

package_black

In-Nintendo 3DS bit-Tema ta’ Mushroom Kingdom kulur iswed.

U hawn taħt bl-abjad:

3ds-white

In-Nintendo 3DS bit-Tema ta’ Mushroom Kingdom kulur abjad.